Il-Ħaddiema Mistennija Ma Jibqgħux Obbligati Li Jwieġbu Messaġġi Relatati Max-Xogħol Waqt Il-Ħin Liberu

 Il-Ħaddiema Mistennija Ma Jibqgħux Obbligati Li Jwieġbu Messaġġi Relatati Max-Xogħol Waqt Il-Ħin Liberu

Aktar kmieni illum fil-Parlament Ewropew ġie approvat ir-rapport ‘Right To Disconnect’, li ġie mressaq mill-MEP Alex Agius Saliba. Dan ir-rapport ġie approvat b’472 vot minn fost 681 membru tal-Parlament Ewropew.

L-istadju li jmiss huwa li dan ir-rapport jitla’ quddiem il-Kummissjoni Ewropea sabiex eventwalment ikun mgħoddi bħala liġi li minnha jibbenefikaw il-ħaddiema Ewropej kollha, inkluż dawk Maltin. Din il-liġi tkun tfisser li l-ħaddiema Ewropej ma jibqgħux obbligati li jwieġebu l-emails u messaġġi relatati ma’ xogħol wara li jkun spiċċa l-ħin tax-xogħol u jkunu qed igawdu l-ħin ta’ mistrieħ tagħhom.

L-MEP Alex Agius Saliba qal li permezz ta’ din il-liġi “l-ħaddiema tagħna ma jibqgħux jiġu ttrattati daqs illi kieku kienu xi robots, daqs illi kieku kienu xi magni, u huma wkoll ikollhom id-dritt sabiex igawdu b’mod sħiħ il-ħin liberu tagħhom, il-ħin tal-mistrieħ tagħhom”.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com