Il-Pazjenti Kollha F’Karin Grech Ingħataw L-Ewwel Doża tal-Vaċċin
Il-pazjenti kollha fl-Isptar Karen Grech li għandhom ‘l fuq minn 85 sena u qed jirċievu kura ta’ rijabilitazzjoni u kif ukoll il-pazjenti ta’ ‘l fuq minn sittin sena li qed jirċievu kura fit-tul, ingħataw l-ewwel doża tal-vaċċin tal-COVID-19.
Dan bl-eċċezzjoni ta’ pazjenti li huma pożittivi għall-COVID-19 jew jinsabu kwarantina, li se jkunu qed jitlaqqmu ladabra saħħithom tippermetti, u bl-eċċezzjoni ta’ pazjenti li ma setgħux jieħdu t-tilqima minħabba kundizzjonijiet mediċi jew li rrifjutaw it-tilqima.
Dan filwaqt li qed jitlaqqmu wkoll il-professjonisti mediċi u l-ħaddiema tal-Isptar mmexxi minn Steward Healthcare, skont il-pjan tal-Awtoritajiet tas-Saħħa.