Jinżammu Arrestati Dwar Biża’ u Serqa Bl-Armi F’G

 Jinżammu Arrestati Dwar Biża’ u Serqa Bl-Armi F’G

Mara u raġel ta’ 27 sena li jgħixu ż-Żebbuġ inżammu arrestati wara li kienu akkużati b’diversi reati fosthom li kkaġunaw biża’ u serq aggravat.

Huma tressqu b’arrest il-Qorti t’Għawdex, fejn ir-raġel ġie akkużat li fl-aħħar ta’ Jannar fi Triq is-Sajjied, Marsalforn, hedded, ikkaġuna biża’ li ser tintuża vjolenza u li kkaġuna ġrieħi ta’ natura ħafifa.

Hu ġie akkużat ukoll li għamel ħsara, kiser il-paċi pubblika u li għamel reat waqt li kien taħt ordni ta’ probation.

L-imputat wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba fil-kontrih u nżamm taħt arrest.

Il-mara ġiet akkużata li fl-istess ħin u post ilbieraħ, ikkaġunat ġrieħi ta’ natura gravi, għamlet ħsara u kisret il-paċi pubblika. Hi ġiet akkużata wkoll li fit-12 ta’ Novembru li għadda kkommettiet serq aggravat, li rċeviet għandha affarijiet misruqin u ndaħlet biex tbigħhom jew tmexxihom, u li naqset milli tgħarraf lill-Pulizija malli saret taf li xi ħaġa li kienet fil-pussess tagħha kienet misruqa.

Quddiem il-Maġistrat Brigitte Sultana r-raġel u l-mara t-tnejn wieġbu mhux ħatja għall-akkużi miġjuba fil-konfront tagħha u nżammu taħt arrest.

Il-prosekuzzjoni taż-żewġ każijiet tmexxiet mill-Ispettur Josef Gauci.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com