“Reġġajna Lura Lill-Ħaddiema, Dak Li GonziPN Ħadilhom Qabel L-2013”
Il-Prim Ministru Robert Abela indirizza l-attività politika tal-lum il-Ħadd 7 ta’ Frar 2021 miċ-Ċentra Nazzjonali Laburista fil-Ħamrun, fejn beda billi qal li l-Gvern, anke fiż-żmien il-pandemija baqa’ jinvesti fin-nies.
Semma kif l-aħbarijiet li kien hawn din il-ġimgħa, ikkonfermaw dak li dejjem qal. “Il-Gvern ma ħa xejn lin-nies iżda tajna”, tenna l-Prim Ministru.
Semma kif Tim Malta tippreferi l-għaqda fuq il-firda, il-paċi fuq il-ġlied, li l-mibegħda ma jafx xi tfisser. Estenda l-id tal-ħbiberija biex naħdmu flimkien għal dan il-pajjiż li tant inħobbu.
L-appell tal-Prim Ministru kien wieħed t’għaqda u li nibqgħu dixxiplinati, iżda li naħdmu flimkien mingħajr partiġġjaniżmu.
Semma kif deħlin lejn ġimgħat sbieħ iżda rridu nibqgħu magħqudin flimkien.
Tenna kif din il-ġimgħa, treġġa’ lura dak li GonziPn kien ħa mill-ħaddiem qabel fl-2013. Dan meta kien hawn maltemp li ma jikkumparax ma’ dak tal-lum u fejn il-festi pubbliċi li jaqgħu fil-weekend, ittieħdu mill-leave. “Il-festi kollha li jaqgħu fil-weekend, erġajna tajniehom lill-ħaddiema; dak kollu li GonziPn ħa lill-ħaddiema, aħna tajniehhomlhom lura.”
Ritratt: Facebook/ Robert Abela