Skoperta Ġdida Dwar Il-Mekkaniżmu Intern Tad-Dinja… Minn Matthew Agius

 Skoperta Ġdida Dwar Il-Mekkaniżmu Intern Tad-Dinja… Minn Matthew Agius

Tim internazzjonali ta’ riċerkaturi identifikat għal-ewwel darba l-preżenza ta’ żona fil-mantell tad-Dinja taħt l-Oċean Atlantiku li hi rqaq mil-medja u karatterizzata minn temperaturi għoljin. Dan jiffavorixxi l-kinematika tal-platti tettoniċi, u jikkontribwixxi għal-ftuħ ta’ l-Oċean Atlantiku.

L-istudju ġie ppubblikat fil-ġurnal prestiġjużi “Nature“, bl-awtur ewlieni ta’ din il-pubblikazzjoni huwa Matthew Agius, Malti li kien parti minn din l-ispedizzjoni.

F’nofs l-Atlantiku hemm linja li tifred il-platt tettoniku Amerikana minn dak ta’ l-Ewropa u Afrikan. Saret skoperta ġdida li żżid fid-dibattitu dwar l-mekkaniżmu li jwassal għal-moviment tal-platti tettoniċi u allura il-kontinenti fil-wiċċ tad-dinja.

Tim internazzjonali ta’ riċerkaturi, immexxi mil-Università ta’ Southampton, traċċa għall-ewwel darba żona fil-mantell, fond ta’ 410-660 km, li hu irqaq mill-medja, karatterizzata minn temperaturi għoljin. Dawn il-kundizzjonijiet jiffavorixxu l-moviment vertikali tal-mantell, tiffaċilita l-moviment tal-platti tettoniċi fil-wiċċ, u eventwalment tikkontribwixxi għal-ftuħ ta’ l-Oċean Atlantiku.

l-istudju ġie ippubblikati fil-ġurnal prestiġjużi “Nature” f’artiklu intitolat “A thin mantle transition zone under the equatorial Mid-Atlanti Ridge” – https://www.nature.com/articles/s41586-020-03139-x

Ir-riżultati nkisbu fl-esperiment imsejjaħ PI-LAB (Passive Imaging of the Lithosphere-Asthenosphere Boundary) u EURO-LAB (Experiment to Unearth the Rheological Oceanic Lithosphere-Asthenosphere Boundary), iffinanzjati mill-Kunsill Ewropew tar-Riċerka (ERC) u l-Kunsill għar-Riċerka dwar l-Ambjent Naturali (NERC) tar-Renju Unit taħt id-direzzjoni ta’ Dr Catherine Rychert u Dr Nicholas Harmon tal-Università ta’ Southampton (ir-Renju Unit). Fit-tim hemm Dr Matthew Agius, l-awtur ewlieni, li bħalissa huwa riċerkatur fid-Dipartiment tax-Xjenza ta’ l-Università Degli Studi Roma Tre, iffinanzjat minn borża ta’ studju Marie Skłodowska-Curie, mogħtija mill-Kummissjoni Ewropea.

“Fl-2016 ipparteċipajt f’esperiment avventuruż f’nofs l-Oċean Atlantiku biex nippruvaw nifhmu x’jiddefinixxi  platt tettoniku, kif jifforma u xinhu il-mekkaniżmu li jmexxihom matul iż-żmien. Disgħa u tletin sismometru tqiegħdu f’qiegħ il-Baħar, f’nofs l-Oċean Atlantiku, u rreġistraw attività sismika minn madwar id-dinja għal sena sħiħa. Grazzi għall-analiżi ta’ din id-data, l-istruttura interna tad-Dinja ġiet żvelata sa fond ta’ 700 km. Sibna evidenza ta’ materjal tielgħa il’ fuq. Ir-riżultati miksuba joffru stampa ġdida ta’ kif id-dinamika interna tad-Dinja hija relatata mal-formazzjoni u il-moviment tal-platti tettoniċi fil-wiċċ tad-dinja“.

It-teorija dwar platti tettoniċi, li issa ilha stabbilita għal aktar minn 50 sena, tiddeskrivi l-wiċċ tal-pjaneta tagħna bħala qoxra maqsuma f’biċċiet. Dawn il biċċiet – platti tettoniċi – jimxu bil-mod matul iż-żmien. L-interazzjoni bejn il-platti tettoniċi għandha konsegwenzi spettakolari: il-formazzjoni ta’ firxiet tal-muntanji, il-ftuħ ta’ l-oċeani kif ukoll l-influwenza fuq l-aktar avvenimenti naturali katastrofiċi inklużi terremoti, tsunamis u eruzzjonijiet vulkaniċi. X’inhu l-mekkaniżmu li kapaċi jiċċaqlaq dawn il-platti fuq il qoxra tad-Dinja huwa suġġett diskuss ħafna bejn xjentisti u sa issa x’jiġri taħt l’oċean kien maħsub li għandhom funzjoni sekondarja biss. Il-funzjoni  primarju tkun il-forza tal-gravità li tiġbed il-platti tettoniċi l’ isfel.

Dan il-fenomenu jiġri fuq il-priċinpju konvettiv: affarijiet sħan jitilgħu il’ fuq u affarijiet kesħin jinżlu l’ isfel. Għall-ewwel darba qed jiġi stabbilit li taħt l-Oċean Atlantiku hemm temperaturi għoljin u kundizzjonijiet li jiffaċilitaw li jitla’ il-materjal minn fond ta’ iktar minn 600 kilometru lejn il-wiċċ tad-dinja. L-istudju huwa promettenti ħafna għax jagħti spjegazzjoni ġdida tal-ftuħ ta’ l-Oċean Atlantiku.

Awguri Matthew!

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com