Mara Riekba F’Lamborghini Fil-Periklu Tal-Mewt Wara Ħabta Fiż-Żejtun

 Mara Riekba F’Lamborghini Fil-Periklu Tal-Mewt Wara Ħabta Fiż-Żejtun

Mara ta’ 45 sena minn Ħal Tarxien tinsab fil-periklu li titlef ħajjitha wara li kmieni dalgħodu kienet involuta f’inċident tat-traffiku fiż-Żejtun.

L-inċident seħħ għall-ħabta tan-nofsiegħa fi Triq Bormla, meta raġel ta’ 50 sena li jgħix Ħal Tarxien, kien qiegħed isuq Lamborghini Urus, tilef il-kontroll u ħabat ġo residenza.

Fil-karozza kien hemm ukoll il-vittma. Fuq il-post issejħu l-membri tal-Protezzjoni Ċivili sabiex jassistu u kif ukoll tim mediku.

Ir-raġel u l-mara ttieħdu l-Isptar Mater Dei permezz ta’ ambulanza fejn hu ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi filwaqt li l-mara ġiet iċċertifikata li qed issofri minn ġrieħi serji.

Bil-każ ġie nfurmat il-Maġistrat tal-Għassa Dr Joseph Mifsud li ħatar inkjesta filwaqt li lPulizija għadha għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com