Veru Li Malta Se Ssir Iktar Ħadra Mill-Aspett Ambjentali?

 Veru Li Malta Se Ssir Iktar Ħadra Mill-Aspett Ambjentali?

Din il-ġimgħa fuq artiklu tat-times of Malta ġie irapurtat li il-Ministru Aaron Farrugia qal li l-għaqda Ambjent Malta żraw 21,808 siġar u arbuxelli fis-sena 2020 u li dan huwa pass posittiv ferm għas-sostenibilita u l-ħdura ta’ Malta. Iżda dan l-artiklu ma’ ntlaqax tajeb minn wieħed fost l-akbar gruppi favur is-siġar Maltin fuq Facebook bl-isem “For our trees”.

Fil-fatt bosta membri kienu mħassba sew fuq l-ammont ta’ siġar kbar li nqalgħu dan l-aħħar snin u s- sostenibilita tas-siġar żgħar li ġew miżrugħa donnu b’għan ta’ kumpens . Ħafna saħqu li qatt ma’ tista tikummpensa siġra antika u b’saħħitha b’waħda żgħira u sostnew li anka jekk tiprova tikkumpensa, in-numri ta siġar li inqalgħu huma ħafna iktar mis-siġar li nżergħu.

Għalkemm jissemmew l-ismijiet tas-siġar li nżergħu, ma jisemmewx in-numru eżatt ta’ kull tip ta’ siġra. Jiġifieri li in-numru globali li semma Aaron Farrugia jaf ikun qed jinkludi iktar arbuxelli milli siġar veri u propji bħal dawk li tqaċċtu ħabba id-diversi proġetti infrastrutturali ta dan l-aħħar snin.

Fost dawn il-membri tkellimna ma’ Antoine Vella ex-lettur l-Università fl-Istitut tas-Sistemi Ambjentali. Is-Sur Vella sostna li n-numru ta’ tmien li nqerdu minħabba proġetti biex inwessgħu it-toroq huma ferm akbar mit-tmien li Ambjent Malta wżat biex ħawlet siġar u pjanti.

Hu ssokta jgħid li meta jinqalgħu is-siġar biex tgħaddi xi triq jintwera biss in-numru ta’ siġar li nqalgħu, filwaqt li pjanti żgħar ma jingħaddux. Iżda issa in-numri li qed jissemmew abbinati mat-tħawwil jinkludu pjanti u arbuxelli żgħar ukoll! Allura wieħed ma jistax jieħu dawn in-numri bis-serjetà fil-kuntest ta’ kumpens serju għas-siġar qodma li l-pajjiż tilef.

Fil-fatt Ambjent Malta ma ppublikatx l-informazzjoni eżatta ta’ kemm tħawlu siġar (mhux pjanti) u fejn ħawluhom. Is-Sur Vella kompla jgħid li tajjeb wieħed ikun jaf x’metodi ntużaw biex wieħed ikun jista’ jieħu stampa ċara ta’ kemm hemm minn dawn is-siġar li għandhom ċans ta’ ħajja. “Fi kliem ieħor Ambjent Malta taparsi tagħtina l-figuri, u tiftaħar bihom, imma fil-fatt mhux qed tagħti informazzjoni siewja”.

Is-Sur Vella flimkien mal-membri ta’ dan il-grupp jixtiequ statistiċi serji b’lokalitajiet eżatti fejn u liema siġar tħawlu u b’kemm spazju bejniethom. Dan għaliex mhux kull siġra tista’ titħawwel bi ftit bogħod minn oħra biex tgħix. Fil- fatt in-numru ġà mnaqqas ħafna tas-siġar li tħawlu ġodda mqabbel ma dawk li nqalgħu, huwa biss numru proġettat. Dan għaliex għad li Ambjent Malta qalet li se tgħasses u ssegwi l-iżvillup ta’ dawn is-siġar żgħar għal massimu ta’ ħames snin. Kemm minnhom ħa jgħixu ħadd għadu ma jista’ jgħid. U din tabilħaqq kienet l-għajta kollettiva ta’ dan il-grupp fuq Facebook li tant għandu għal qalbu l-arja nadifa tal-Maltin mgħottija minn siġar li raw għexieren ta’ snin umbaghad ġew imċaqalqa, maqtughin jew maqtulin.

Għas -siġar li nqalgħu u reġgħu ġew mħawwla għad mhemmx statistika aġġornata ta’ kemm għexu. Fil-fatt kien hemm ċajta fost il-kummenti li ħafna minn dawn is-siġar spiċċaw f’xi fireplace ġo xi villa!

Għad li dawn huma kollha spekulazzjonijiet kemmxejn ċajtiera, il-fatt li l-istatistiċi huma nieqsa ma jgħinux il-kredibbiltà ta’ min qed jemmen li Malta se tkun iktar ħadra.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com