Qed Tinnutawhom Il-Benefiċċji Tal-Maskra? Araw X’Inhuma…

 Qed Tinnutawhom Il-Benefiċċji Tal-Maskra? Araw X’Inhuma…

Forsi gergirna ftit għalihom u issa drajniehom; il-maskri. Jekk tirrealizzaw, l-ilbies tal-maskri għandu bosta benefiċċju.

  1. it-tnaqqis fit-tixrid tal-influwenzi
  2. li tevita li xi ħadd jaħslek bil-bżieq waqt li jitkellem
  3. li tevita rwejjaħ mhux pjaċevoli ġejjin mill-ħalq
  4. li ma tiblax dħaħen tossiċi mill-arja
  5. u bla dubju li tnaqqis it-tixrid ta’ mard bħall-Coronavirus.

Kif jgħid il-Malti, kull deni ħudu b’ġid. Spiss qed tinstema’ l-frażi: “Kemm konna nidħku biċ-Ċiniżi jew nies ta’ pajjiżi Asjatiċi u issa qed nilbsuha aħna” għaliex dejjem rajniehom imodrrijin jilbsu l-maskri.

Imma ma taħsbux li kellhom raġun?

Tajjeb li nbiddlu l-maskra minn żmien għall-ieħor jekk din hija ‘disposable’ filwaqt li naħslu l-maskra spiss, jekk hija tad-drapp.

 

Ritratt: University of Alabama at Birmingham

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com