Fittxewlu Fil-Garaxx U Sabulu Bosta Appliances Ġodda Fost Affarijiet Oħra

 Fittxewlu Fil-Garaxx U Sabulu Bosta Appliances Ġodda Fost Affarijiet Oħra

Wara investigazzjoni bejn il-Pulizija tal-Iskwadra tar-Reati Maġġuri u uffiċjali mid-Distrett ta’ Tas-Sliema, tard il-Ħadd filgħaxija l-Pulizija ċċirkondaw ir-residenza ta’ raġel ta’ 41 sena b’rabta ma’ 21 serqa li saru minn bosta siti ta’ kostruzzjoni u residenzi vojta.

Huwa ġie arrestat fuq il-post. Wara li saret tfittxija fil-garaxx tiegħu nstabu ħafna appliances ġodda, għodda, u oġġetti oħra tad-djar li kienu ġew irrappurtati nieqsa u li l-valur tagħhom jammonta ’il fuq minn €70,000.

Illum, ir-raġel tressaq il-Qorti, fejn wieġeb mhux ħati u qed jinżamm taħt arrest preventiv.

Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispetturi Saviour Baldacchino, Jonathan Ransley u Colin Sheldon.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com