It-Traġedja Tal-Karnival… Storja Xokkanti U Ta’ Qsim Il-Qalb

 It-Traġedja Tal-Karnival… Storja Xokkanti U Ta’ Qsim Il-Qalb

Il-Karnival huwa festa ta’ ferħ; iżda lura fl-1823, propju fil-11 ta’ Frar ta’ dik is-sena, ma kien hemm xejn pjaċevoli f’dak li ġara.

Ammont ta’ tfal mietu fil-Kunvent tal-Franġiskani tal-Belt Valletta. Din l-aħbar traġedja kienet tħabbret permezz ta’ kitba mis-Segretarju prinċipali tal-Gvern fil-gazzetta tal-Gvern fejn kien kiteb li se ssir inkjesta dwar dan il-każ.

Jidher illi fil-jiem tal-Karnival, kienet bdiet drawwa li għadd ta’ subien foqra kienu jinġabru f’purċissjoni, jagħmlulhom quddiesa u wara jtuhom xi frott u ħobż.

Irridu niftakru l-kuntest taż-żmien; il-faqar kien fl-aqwa tiegħu u ma kienx hawn ġustizzja ugwali fit-tixrid tal-ġid. B’hekk, din l-attivita nħolqot biex ikun evitat inkwiet u ġlied jew piki bla bżonn u t-tfal ikunu kuntenti.

Jingħad li fl-10 ta’ Frar tal-1823, wara li t-tfal semgħu l-quddiesa fil-Furjana, twasslu sal-Knisja ta’ Ġieżu fil-Belt Valletta u ma nqala xejn. L-għada, 11 ta’ Frar, iċ-ċerimonja damet ftit iżjed mis-soltu u malli t-tfal waslu fil-Knisja ta’ Ġieżu, il-festi tal-Karnival kienu laħqu spiċċaw u apparti t-tfal tas-soltu, magħhom ingħaqdu xi adulti li semgħu b’din it-tradizzjoni u tħalltu mal-kumplament tat-tfal biex imisshom xi ħaġa huma wkoll.

Ġara li tant daħlu tfal, fejn anke fis-sagristija kien hemm dlamm ċappa, li n-nies bdew jimbuttaw lil xulxin biex joħorġu minn bieb ieħor bil-konsegwenza li bdew jitgerbu t-taraġ u waqgħu fuq xulxin. Paniku sħiħ.

Mietu 110 tifel fgati minħabba l-pandemonju li nqala. Insellmu l-memorja tagħhom.

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com