Konfermat L-ewwel Każ Tal-Varjant Tal-Covid-19 Tal-Afrika T’Isfel F’Pajjiżna
Malta kkonfermat l-ewwel każ tal-varjant tal-Covid-19 tal-Afrika t’Isfel, li x-xjentisti qed jgħidu li jinfirex aktar faċli u huwa aktar reżistenti għal wieħed mit-tliet vaċċini approvati.
Dan il-każ instab wara stħarriġ biex tinstab aktar informazzjoni dwar l-oriġini ta’ dawk li qed jinstabu pożittivi għall-Covid-19.
Żvela dan il-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne f’konferenza tal-aħbarijiet.
Ħabbar ukoll li n-numru ta’ każijiet tal-varjant tar-Renju Unit f’pajjiżna żdiedu għal 49.
Il-varjanti tar-Renju Unit u l-Afrika t’Isfel huma aktar infettivi u aktar reżistenti għall-vaċċini li hemm fis-suq bħalissa.