“Sena U Tmien Xhur Barra Minn Darna […] Ħadd Ma Għamel Xejn Għalina” – Janet Walker
Sena u tmien xhur ilu Janet Walker, il-qraba tagħha u l-ġirien li kienu jgħixu fl-istess blokka ħarġu barra minn darhom b’xokk wara li ċediet il-binja filwaqt li kien qed isir xogħol ta’ kostruzzjoni biswit il-blokka.
Janet Walker tkellmet pubblikament fl-aħħar sigħat u stqarret li hi u dawk kollha fis-sitwazzjoni tagħha jinsbu mxebba.
Walker stqarret li tħoss li ħadd ma għinhom sabiex ikunu jistgħu jirritornaw lura f’darhom mill-aktar fis. Huma qed jiġu provduti b’akkommodazzjoni alternattiva iżda Walker qed tinsisti li l-ġustizzja titlob li huma jirritornaw lura f’darhom mingħajr dewmien.
“Letteralment 100% tal-familji li ġew evakwati f’dawn l-aħħar sentejn għadhom evakwati sal-llum”, qalet Walker, filwaqt li żiedet li “ħadd ma għamel xejn għalina, personalment ħadt sehem f’numru ta’ programmi Maltin biex inwassal il-messaġġ u nħoss li l-istorja tagħna u ta’ min hu bħalna waqgħet fuq widnejn torox”.