Il-Politiċi Nittrattawhom Qishom Allat Jew Bil-Kontra? Araw X’Kiteb Oliver Scicluna
Hekk kiteb il-Membru Parlamentari Oliver Scicluna fuq il-midja soċjali tiegħu fejn spjega li kultant, niġġeneralizzaw wisq forsi minħabba attitudni ta’ wħud mill-politiċi għalkemm fil-maġġor parti tagħhom, huma nies ta’ rieda tajba.
Qal li ħafna minnhom daħlu fil-politika biex jaħdmu u huma umani wkoll. Sostna li hu daħal fil-politika biex jagħmel il-ġid.
“Nibqa’ nemmen li għandna naħdmu fuq sistema ġdida fejn ikollna rappreżentanza magħżula demokratikament b’iżjed għaqal u fuq livell Nazzjonali”, temm jgħid Scicluna.
Intom x’taħsbu dwar dan?