Avviċina Żewġ Nisa Waqt Li Kienu Mexjin Max-Xatt U Aggredihom B’Sikkina
Il-Pulizija mid-Dipartiment tar-Reati Maġġuri, mir-Rapid Intervention Unit u mid-Distrett ta’ Tas-Sliema, arrestaw raġel ta’ 28 sena b’rabta ma’ serqa f’Ta’ Xbiex.
Jidher li r-raġel avviċina lil żewġ nisa waqt li kienu mexjin max-xatt u wara li aggredihom b’sikkina, ħarab minn fuq il-post b’basket ta’ waħda minnhom.
Il-pulizija għamlet tfittxijiet fir-residenza tar-raġel fejn instabu affarijiet relatati ma’ din is-serqa, kif ukoll affarijiet oħra relatati ma’ serq ieħor li seħħ fl-aħħar jiem.
L-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin.