JItkellmu Dwar Il-Familja Rjali: Meghan Markle Tistqarr Li Kienet Qed Tikkontempla Suwiċidju
F’intervista ma’ Oprah Winfrey, il-Prinċep Harry u Meghan tkellmu b’mod apert għall-ewwel darba dwar id-diffikultajiet li sabu fil-Familja Rjali.
Waħda mill-aktar stqarrijiet b’saħħithom kienet fejn Meghan qalet li kien hemm mumenti li bdiet tikkunsidra suwiċidju minħabba dak li kienet għaddejja minnu fil-familja Rjali.
Id-Duka u Dukessa ta’ Sussex qalu li membri tal-familja rjali Ingliża saħansitra esprimew tħassib dwar il-kulur tal-ġilda tat-tifel tagħhom qabel it-twelid tiegħu.
Il-Prinċep Harry iddeskriva wkoll li kien “maqbud bħal f’nassa” fl-istil tal-ħajja rjali. Il-Prinċep qal li l-familja rjali qatgħet għalkollox l-appoġġ finanzjarju lill-koppja u għalhekk kienu kostretti jagħmlu produzzjonijiet ma’ Netflix u Spotify fost oħrajn.
L-intervista, li damet madwar sagħtejn ixxandret fuq in-netwerk Amerikan CBS.
Din hija l-ewwel darba li l-koppja ddiskutew b’mod miftuħ id-deċiżjoni tagħhom li jirriżenjaw bħala membri attivi tal-familja rjali.
Il-Prinċep Harry żvela li t-tieni wild tagħhom se tkun tifla.
https://www.facebook.com/peoplemag/videos/486022695901675