Iktar Minn 60% Tal-Aħħar Każijiet Huma Riżultat Tal-Varjant

 Iktar Minn 60% Tal-Aħħar Każijiet Huma Riżultat Tal-Varjant

Fil-konferenza tal-bieraħ filgħaxija, il-Prim Ministru Robert Abela spjega li l-Gvern qed jieħu din il-pożizzjoni fi żmien li kif spjegat mill-esperti mediċi, iktar minn 60% tal-aħħar każijiet tal-COVID-19 f’Malta huma riżultat tal-varjant li qiegħed iwassal għal tixrid ikbar ta’ dan il-virus.

“Qegħdin inżidu dawn il-miżuri sabiex inkunu aktar aggressivi fid-difiża tagħna partikolarment kontra l-varjant. Irridu nikkontrollaw id-domanda fuq l-isptar biex nibqgħu nagħtu l-aqwa kura lil kull min għandu bżonnha. Irridu nnaqsu l-infezzjonijiet biex is-sistema tas-saħħa tibqa’ taħt kontroll filwaqt li inkomplu r-rata ta’ vaċċinazzjoni li diġà hija l-aqwa waħda fl-Ewropa.”

Il-Prim Ministru tenna li l-prijorità tal-Gvern matul din il-pandemija kienet u se tibqà li jipproteġi s-saħħa tan-nies u li titħares il-kwalità tal-ħajja tal-familji Maltin u Għawdxin.

“Nibqa’ determinat, flimkien mal-Gvern, li naħdmu biex kemm jistà jkun malajr immorru għan-normalità u nemmnu li l-programm ta’ vaċċinar huwa kruċjali f’dan kollu. Il-frontliners se jibqgħu jsibu lili u l-Gvern warajhom billi nieħdu d-deċiżjonijiet kollha li hemm bżonn. Konvint li bħala poplu fil-ġimgħat li ġejjin se nkomplu ngħixu l-ispirtu ta’ għaqda li jien rajt u esperjenzajt tul l-aħħar tnax-il xahar.”

Ritratt: GPonline

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com