Bil-Filmat: Tilmenta Għax Se Tieħu L-Vaċċin F’Bormla Għax Tibża’ Ssuq Minn Fuq Il-Flyovers!

 Bil-Filmat: Tilmenta Għax Se Tieħu L-Vaċċin F’Bormla Għax Tibża’ Ssuq Minn Fuq Il-Flyovers!

Fil-programm Popolin, issemmiet storja li ġġiegħelek issaqsi imma possibbli?

Mara ilmentat li hi mis-Swieqi u bagħatulha biex tieħu l-vaċċin f’Bormla. Tibża’ ssuq minn fuq il-flyovers, tal-linja mhux se tabqad għax hi vulnerabbli u taxi fit-3pm mhux se taqbad anqas, għax qalulha li jkun hemm it-traffiku u allura l-kont se jiġi għoli.

Dan għamlitu permezz ta’ ittra fuq il-ġurnal Times of Malta fejn hija sostniet li minn bgħatilha l-istedina huwa stupidu jew miġnun.

Qalet ukoll li Charmaine Gauci għandha tieqaf tisħaq lin-nies biex ħadd ma jirrifjuta l-vaċċin. Intom taqblu magħha?

Fil-filmat il-preżentatur Quinton Scerri staqsa għall-opinjoni tal-pubbliku jekk din il-mara għandiex raġun jew le. Int x’taħseb? Xi prezz għandha l-ħajja ħdejn kirja ta’ taxi? Araw il-filmat!

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com