Bla Kumment… U Kif!
Id-Diviżjoni tat-Tindif tħallew bla kliem meta raw din ix-xena quddiemhom ħdejn il-Bajja ta’ San Ġorġ f’San Ġiljan.
Xi ħadd jew xi persuni irresponsabbli, u deskritti bħala vendikattivi min-nies li kkumentaw fuq ir-ritratt, qalgħu minn posthom il-kontenituri tal-iskart kollha li hemm ħdejn il-bankijiet li jħarsu lejn il-Bajja ta’ San Ġorġ u poġġewhom fit-triq.
Id-Diviżjoni tat-Tindif mhux ta’ b’xejn tistaqsi għaliex wieħed jasal li jagħmel hekk. Tidher ċara li minn dan kollu żgur li ħadd ma gwadanja xejn.