“Dawn In-Numri Tat-Telephone Tista’ Ddum Iċċempel Fuqhom Għax Ħadd Ma Jwieġeb” – Fabio Agius

 “Dawn In-Numri Tat-Telephone Tista’ Ddum Iċċempel Fuqhom Għax Ħadd Ma Jwieġeb” – Fabio Agius

Fabio Agius tella’ post fuq facebook dwar sitwazzjoni attwali fejn qal li dan mhux kumment politiku. Spjega kif 3 ġimgħat ilu, kellu l-opportunità jieħu l-vaċċin ix-xogħol u wara 3 ijiem beda jħossu ma jiflaħx. Qal li għamel ‘swab test’ u wara 8 ijiem ċemplulu li hu pożittiv u biex jibqa’ d-dar. Xi ħaġa li kien diġà qed jagħmel.

Spjega kif tawh 2 numri tat-telefon biex jekk jinqala’ xi ħaġa jċempel fuqhom. “Dawn in-numri tat-telephone tista’ ddum iċċempel fuqhom ghax ħadd ma jwieġeb. M’hijiex skuża għax hawn ħafna każi, kont nitfa’ imqar nurse tirrispondi t-telephone u dak li jkun ikollu naqra wens”, esprima Agius.

Iżda kompla jgħid li:

“Għaddew ġimgħatejn u nofs minn meta kont qed inħoss is-sintomi:

1. La għadni irċevejt l-ebda forma ta’ riżultat bil-kitba bl-email jew ittra.
2. La għadu ħadd ma ċempilli għall-contact tracing.
3. Għaliex il-contact tracing ma jsirx dakinhar tal-iswab?
4. Wara ġimgħatejn u nofs tistgħu tgħiduli kif se niftakar ma min kelli kuntatt?

Spjega kif qed jikteb dan kollu, għaliex meta tmut persuna jsaqsi hux veru li ma setax isir għaliha minflok tmut?!

Intom x’taħsbu dwar dan kollu?

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com