Xmara Ħadra Għal Jum San Patrizju
Il-kulur aħdar jiddomina l-festa ta’ San Patrizju, li tiċċelebra l-qaddis patrun tal-Irlanda.
Hekk kif id-dinja għadha qed tipprova tieħu kontroll tal-pandemija tal-COVID-19, l-attivitajiet relatati ma’ San Patrizju, li huma organizzati mad-dinja kollha, kellhom jiġu mħassra.
F’Chicago, din kellha tiġi ċċelebrata fit-13 ta’ Marzu, u ta’ kull sena, l-ilma fix-xmara li hemm fl-istess belt jinbidel aħdar.
Wara li fl-2020, dan l-avveniment tħassar mis-Sindku ta’ Chicago sabiex ikun hemm iktar sigurtà minħabba l-pandemija, b’sorpriża, u fl-aħħar minuta, dis-sena x-xmara tħalliet tinbidel f’waħda ħadra.
Din iddum hekk bejn 24 u 48 siegħa, u jintuża ammont kbir ta’ ‘food colouring’ sabiex issir ħadra.
X’fih il-‘food colouring’, ħadd ma jaf, għax jidher li tintuża riċetta sigrieta!
Ritratt: Scott Olsen / Getty Images / AFP