Covid-19: Investigat Varjant Ġdid Fi Franza Li Ma Jinqabadx Mit-Testijiet Normali

 Covid-19: Investigat Varjant Ġdid Fi Franza Li Ma Jinqabadx Mit-Testijiet Normali

Wara li tħabbar li nstab il-varjant tal-Filippini li qed isiru l-investigazzjonijiet dwaru, tħabbar ukoll li l-Ministeru tas-Saħħa fi Franza qed jinvestiga varjant ġdid tal-Covid-19.

Il-varjan ta’ Franza nstab fir-reġjun tal-Brittanja u b’kollox kien hemm tmien każijiet b’dan il-varjant.

Il-Ministeru tas-saħħa ħabbar li l-ewwel analiżi ta dan il-varjant ma urietx li dan il-varjant huwa iktar serju jew jew li jinxtered b’rata ikbar minn oħrajn.

Riċerkaturi qed jinvestigaw jekk fil-varjant il-ġdid kien hemmx modfiċi ġenetiċi kbar, li wassal biex ikun iktar diffiċli biex jinstab bit-testijiet eżistenti.

Sadanittant, bħal ma ġara f’każi oħra, se jsiru investigazzjonijiet biex jiġi ddeterminat kif dan il-varjant jirreaġixxi għat-tilqim li hemm żviluppati sa issa.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com