UEFA Champions League – Personalita’ Minn Chelsea.. Formalita Għal Bayern.. Posthom Fil-Kwarti Finali
UEFA Champions League – Fażi tas-Sittax Tieni Legs
Bayern Munich – Lazio 2-1 (agg 6-2)
Il-holders Bayern Munich avvanzaw għall-Kwarti Finali, għelbu f’darhom lil Lazio 2-1.
Tlieta u tletin minuta Bayern fil-vantaġġ, fawl fil-kaxxa ta’ Muriqi fuq Goretzka, mill-ħdax-il metru Robert Lewandowski għeleb lill-goalkeeper Pepe Reina, Bayern irduppjaw fit-tlieta u sebgħin minuta meta David Alaba kompla lejn Eric Choupo-Moting, l-ex attakkant ta’ Stoke City u Paris St. Germain b’xutt fil-baxx irdoppja, konsolazzjoni għal Lazio lejn it-tmiem b’goal minn Marco Parolo wara frikik, skor finali Bayern Munich tnejn, Lazio wieħed, faċli wisq fuq żewġ logħbiet għal Bayern, aggregate skor ta’ 6-2.
Chelsea – Atletico Madrid 2-0 (agg 3-0)
Chelsea ukoll avvanzaw għal mal-aħħar tmienja tal-kompetizzjoni, reġgħu għelbu lil Atletico Madrid, din id-darba 2-0 fi Stamford Bridge, b’goal f’kull taqsima.
Vantaġġ għal Chelsea fl-erbgħa u tletin minuta, Timo Werner għadda ballun tajjeb lejn Hakim Ziyech li min taħt il-goalkeeper Sloven Jan Oblak kompla l-ballun fix-xibka għal 1-0.
Tieni taqsima Chelsea baqgħu l-aħjar tim u fis-sebgħa u ħamsin minuta xutt bid-dawra ta’ Hakim Ziyech ħareġ l-aħjar tal-gowlkiper Sloven t’Atletico Madrid li dawwar f’korner. Spanjoli spiċċaw il-logħba jilgħabu b’għaxar players wara t-tkeċċija tad-difensur Stefan Savic fit-tnejn u tmenin minuta, biex fl-aħħar sekondi minn azzjoni ta’ kontrattakk, Emerson żied goal ieħor b’xutt fil-baxx għar-rokna, għal skor finali, Chelsea tnejn, Atletico xejn, aggregate 3-0 favur it-tim minn Londra u fil-Kwarti tal-Finali.
Il-Ħamis ikunu magħrufa l-kwarti finalisti tal-UEFA Europa League bil-logħbiet ta’ ritorn mill-fażi tas-Sittax, fid-disgħa il-kbira u tant mistennija mad-delettanti Maltin, f’San Siro, Milan jilqgħu lil Manchester United.