Proġett Li Mistenni Jagħti L-Ħajja Lura Liż-Żona Ta’ Mlit Fil-Mosta
Spazju miftuħ li jinsab fil-periferija tal-Mosta mistenni li jingħata l-attenzjoni li tant ilu nieqes minna.
Is-Sindku tal-Mosta Romilda Zarb spjegat kif għaddejja ħidma kontinwa biex issir riġenerazzjoni fil-Housing Estate f’Ta’ Mlit.
Hija ddeskriviet din iż-żona bħala waħda li t-telqa fiha żdiedet matul is-snin.
Fil-fatt, is-Sindku tal-Mosta spjegat kif meta nħatret f’din il-kariga għamlet wegħda magħha nnifisha sabiex il-periferiji kollha ta’ dan l-istess lokal inkunu fl-aħjar stat possibli.
Dwar iż-żona f’Ta’ Mlit, fejn trabbiet hi stess, Zarb spjegat kif il-ħidma għaddej b’kollaborazzjoni mal-perit ta’ min se jkun qed joffri l-appoġġ finanzjarju għal dan il-proġett.