Bil-Filmat: Il-President Tal-Istati Uniti Jaqa’ Tliet Darbiet
Il-partitarji tal-President tal-Istati Uniti kienu qed jilgħabu man-nar meta saħqu li għadu m’għamilx pass ħażin kemm ilu fil-kariga tiegħu.
Dan hekk kif Joe Biden waqa’ tliet darbiet hu u tiela’ t-taraġ sabiex jirkeb l-ajruplan Air Force One.
Minkejja dan, huwa xorta ta salut hekk kif wasal ħdejn il-bieb tal-ajruplan, qabel ma bdiet it-titjira lejn Atlanta.
Is-segretarju tal-midja Karine Jean-Pierre qalet lill-ġurnalisti li l-President jinsab tajjeb.
Spjegat li kien hemm ħafna riħ, u li anke hi kienet se taqa’ hi u tiela’ l-istess taraġ tal-ajurplan.
Dan l-inċident seħħ hekk kif jeżisti tħassib fuq is-saħħa ta’ Joe Biden u jekk jinsabx f’kundizzjoni adekwata biex jaqdi d-dmirijiet tiegħu.
Apparti l-fatt li ftit tas-sigħat qabel, huwa rrefera għall-viċi President Kamala Harris bħala l-President Harris.