Il-President Ifaħħar Id-Deċiżjoni Tal-Gvern Fuq Il-Mediċina Tas-‘Cystic Fibrosis’

 Il-President Ifaħħar Id-Deċiżjoni Tal-Gvern Fuq Il-Mediċina Tas-‘Cystic Fibrosis’

“Deċiżjoni għaqlija.”

Kien b’dal-kliem li l-President ta’ Malta George Vella ddeskriva l-pass li ħa l-Gvern sabiex jibda jipprovdi l-mediċini għall-pazjenti li jbatu mis-‘Cystic Fibrosis’.

Dawn wara li l-Prim Ministru Robert Abela ikkonferma dan meta kellu laqgħa virtwali ma’ Mandy Vella.

Mandy tbati minn dil-marda u ma setgħetx tixtri l-mediċina meħtieġa hekk kif din tiswa madwar €18,000 fix-xahar.

Fuq il-midja soċjali, il-President Vella qal li l-interventi li għamel mal-Prim Ministru, mal-Ministru tas-Saħħa, mal-Ministru tal-Ekonomija, u mal-Kummissarju tas-Saħħa ħallew il-frott mixtieq.

Ritratt: TVM

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com