“… Anke Jekk Nibqa’ Waħdi, Se Nibqa’ Ninsti li Ssir Ġustizzja Ma’ Familti Dwar Il-Gidba Egrant…” – Joseph Muscat

 “… Anke Jekk Nibqa’ Waħdi, Se Nibqa’ Ninsti li Ssir Ġustizzja Ma’ Familti Dwar Il-Gidba Egrant…” – Joseph Muscat
L-eks Prim Ministru Joseph Muscat kiteb fuq il-midja soċjali tiegħu li ntalab minn diversi mezzi tax-xandir għal kumment wara l-aħħar żviluppi.
Kiteb li l-kumment li għandu xi jgħid huwa li ser jitenna l-ġustizzja tieħu l-kors tagħhha kif dejjem għamel.
“Wara ħafna stejjer, akkużi u bosta inkjesti, tressqu quddiem il-Qorti numru ta’ persuni akkużati b’allegat każ ta’ korruzzjoni fis-settur privat, b’mod partikolari f’The Times of Malta, li qed jingħad li seħħ qabel l-2013 fi żmien Gvern Nazzjonalista.
Nistenna l-ġustizzja tieħu l-kors tagħha kif dejjem għamilt.
Sadattant, iktar minn sentejn u nofs wara li tlestit l-inkjesta, anki jekk nibqa’ waħdi, se nibqa’ ninsisti li ssir ġustizzja ma’ familti dwar il-gidba ta’ Egrant, storja ffalsifikata u vvintata fi sfond nazzjonali.”

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com