Skrutinju Ta’ Investiment Internazzjonali Minn Uffiċju Speċjalizzat

 Skrutinju Ta’ Investiment Internazzjonali Minn Uffiċju Speċjalizzat

F’Marzu tal-2019, il-Parlament u l-Kunsill Ewropew adottaw ir-Regolament ġdid (UE)2019/452, li stabbilixxa qafas għall-iskrinjar ta’ investimenti diretti minn barra l-Unjoni Ewropea. Ir-regolament li daħal fis-seħħ f’April tal-istess sena, japplika għal tranżazzjonijiet li jsiru wara Ottubru 2020 ‘il quddiem.

F’Malta ġie imwaqqaf uffiċju sabiex jimplimenta dan ir-regolament, bl-għan aħħari jkun il-protezzjoni tal-intelliġenza, l-għarfien u t-teknoloġija tal-Unjoni Ewropeja, kif ukoll l-interessi tas-sigurtà kemm ta’ pajjiżna kif ukoll tal-Unjoni Ewropeja.

Permezz ta’ dan l-uffiċju ser ikun hemm aktar serħan il-moħħ għas-sigurta u l-protezzjoni tal-assi strateġiċi tal-Unjoni Ewropej li ħafna minnhom huma l-valur ta’ kumpaniji differenti inkluż dawk Maltin. Għalhekk l-uffiċju għandu l-għan li jipproteġi l-marka ta’ prodott jew servizz, id-data, l-informazzjonI u t-teknoloġija.

Is-setturi li se jkunu suġġetti għall-iskrinjar jinkludu l-infrastruttura, l-enerġija, it-trasport, l-immaniġjar tal-ilma, is-saħħa, l-komunikazzjoni, fost oħrajn. Il-lista sħiħa tas-settur tista tiġi aċċessata minn www.nfdismalta.com

Dawk il-persuni jew entitajiet li joffru servizzi f’dawn l-oqsma, inkluż l-awditjar, id-ditti legali, il-konsulenti tan-negozju u professjonisti oħra li b’xi mod huma involuti fil-promozzjoni ta’ investiment dirett barrani huma imħeġġa biex jagħmlu kuntatt ma’ l-Uffiċċju NFDIS sabiex jiġu aġġornati dwar il-proċeduri l-ġodda li jirregolaw ir-reġistrazzjoni ta’ investiment ġdid kif ukoll tibdil fi sjieda ta’ negozji f’Malta.

L-Uffiċċju, jew aħjar dan il-qafas ta’ skrutinju, mhuwiex maħsub biex joħloq burokrazija addizzjonali għall-investituri jew biex jagħlaq swieq għal ċerti investituri, iżda pjuttost biex ikun konxju u jidentifika kwalunkwe riskju li possibilment jista’ jkun hemm għas-sigurtà u l-ordni pubbliku ta’ Malta. Fil-fatt, f’dawk il-każijiet fejn huwa ċar li l-attivitajiet ma jeħtiġux li jgħaddu mill-proċess tal-iskrinjar, l-uffiċċju jimmira li jipprovdi gwida mill-iktar fiss possibli.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com