Ma Jaqblux Li Jkun Diskuss Ilment Fil-Preżenza Ta’ Ħu L-Awtur

 Ma Jaqblux Li Jkun Diskuss Ilment Fil-Preżenza Ta’ Ħu L-Awtur

Il-Ministru Edward Zammit Lewis u l-Whip tal-Partit Laburista Glenn Bedingfield ma qablux li jkun diskuss ilment iffirmat minn ħu Karol Aquilina fil-preżenza tal-istess Aquilina.

Dan hekk kif waqt il-Kumitat tal-Istandards, kien se jkun diskuss ilment iffirmat minn Robert Aquilina f’isem Repubblika, u li jiġi ħu Karol Aquilina.

Fid-dawl ta’ dan, il-Membri Parlamentari Laburista qalu li Karol Aquilina m’ għandux ikun parti mill-Kumitat. Huma argumentaw li dan huwa lok ta’ kunflitt ta’ interess.

Min-naħa tagħhom, Karol Aquilina u Therese Comodini Cachia qalu li ma jaraw l-ebda kunflitt ta’ interess.

Zammit Lewis u Bedingfield ma qablux magħhom, bil-Whip tal-Partit Laburista jgħid li huma xtaqu li l-ilment ikun diskuss basta Aquilna jkun mibdul ma’ Membru Parlamentari Nazzjonalista ieħor.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com