“Ngħalqet Sala F’Monte Carmeli U Se Jingħalqu Iktar Swali” – MUMN

 “Ngħalqet Sala F’Monte Carmeli U Se Jingħalqu Iktar Swali” – MUMN

Il-union tal-infermiera u l-qwiebel (MUMN) esprimiet id-diżappunt tagħha għall-istat li fih jinsab il-bini tal-isptar Monte Carmeli, fejn qalet li din il-ġimgħa kellha tingħalaq sala oħra, u li fil-ġimgħat li ġejjin se jkollhom jingħalqu iktar swali.

Fi stqarrija l-MUMN qalet li fl-aħħar tmien snin ingħalqu tmint iswali minħabba l-istat li kienu jinsabu fihom. Żiedet li uħud minnhom ilhom iktar minn sitt snin magħluqa.

Qalet li din is-sitwazzjoni qed twassal biex jitħalltu flimkien pazjenti b’kundizzjonijiet kroniċi ma’ dawk akuti, kontra l-prattika psikjatrika fl-Ewropa kollha. Barra minn hekk qalet li jkun hemm problema biex tinstab sodda meta jiddaħħlu pazjenti ġodda, b’konsegwenza li d-dinjità tal-pazjenti ma tiġix irrispettata.

L-MUMN qalet li s’issa ma sar l-ebda investiment ta’ rijabilitazzjoni kif kien imħabbar, u li pazjenti b’kundizzjonijiet kroniċi ġew mibgħuta fi djar tal-anzjani, fejn qalet m’hemmx speċjalisti tas-saħħa mentali biex jieħdu ħsiebhom.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com