Keith Schembri Ma Jingħatax Il-Ħelsien Mill-Arrest
Dalgħodu l-Maġistrat Donatella Frendo Dimech ddeċidiet li Keith Schembri għandu jibqa’ taħt arrest fil-ħabs ta’ Kordin wara li rrifjutat it-talba għall-ħelsien mill-arrest.
Flimkien ma’ Keith Schembri il-Qorti ċaħdet il-ħelsien mill-arrest lil Malcolm Scerri u Robert Zammit.
Keith Schembri qed ikun akkużat fost l-oħrajn b’korruzzjoni, ħasil tal-flus, li assoċja ruħu ma’ nies f’Malta jew barra l-pajjiż bil-għan li jikkommetti reat, li ħoloq dokumenti foloz, u li ta xhieda falza.
Il-Qorti ordnat li missier Keith Schembri, Alfio Schembri, jingħata l-ħelsien mill-arrest. Dan sar b’numru ta’ kundizzjonijiet li ġew imposti.
Aktar tard illum, quddiem il-Maġistrat Donatella Frendo Dimech, se jkomlu l-proċeduri fil-konfront ta’ Brian Tonna u Karl Cini ta’ Nexia BT.