“Attakk Kontra L-Iktar Nies Vulnerabbli” – Il-Kummissarju Tas-Saħħa
Il-Kummissarju tas-Saħħa fl-Uffiċċju tal-Ombudsman ikkundanna bla riżervi direttivi li jmorru kontra d-dinjità tal-persuna.
Dan intqal b’rispons ta’ dak li ġara t-Tnejn li għadda, fejn union partikolari ħarġet direttivi biex ma jinħaslux u ma jitqandlux il-pazjenti, filwaqt li ma jinbidlux il-ħrieqi tal-pazjenti u residenti fl-isptarijiet u djar tal-anzjani.
Il-Kummissarju tas-Saħħa qal li direttiva bħal din se taffettwa lil dawk li għandhom problema ta’ inkontinenza, u ddeskriviet dan l-attakk bħala wieħed kontra l-iktar nies vulnerabbli.