Ikompli L-Użu Tal-Vaċċin Johnson & Johnson Fl-Istati Uniti
Ir-regolaturi tas-saħħa fl-Istati Uniti neħħew il-waqfa ta’ 11-il jum minn fuq l-użu tal-vaċċin ta’ Johnson & Johnson.
Dan filwaqt li se jżiedu avviż li jista’ jkun hemm blood clots f’każijiet rarissimi ħafna.
Iktar kmieni, is-Centers for Disease and Prevention approva li jkompli l-użu ta’ Janssen fl-Istati Uniti.
Il-waqfien sar wara li 15-il persuna minn 8 miljun li rċivew it-tilqima sofrew minn blood clot.
Matul dil-ġimgħa, ir-regolatur tal-Unjoni Ewropea wkoll neħħa r-restrizzjonijiet minn fuq il-vaċċin ta’ Johnson & Johnson.