Arrestat Wara Li Mar Għax-Xogħol B’104 Deni U Nfetta 22 Persuna Bil-COVID-19
Raġel Spanjol ġie arrestat wara li minħabba traskuraġni u attitudni ħażina nfetta 22 persuna bil-COVID-19.
Minkejja li kellu suspett serju li għandu l-virus huwa mar xorta għax-xogħol u mar anki l-gym. Ir-raġel, minn Mallorca, kellu diversi sintomi u għalhekk il-kollegi tiegħu kienu nkwetati dwar il-preżenza tiegħu fuq il-post tax-xogħol u għalhekk ħeġġewh biex imur id-dar. Huwa rreżista li jmur id-dar u minkejja li mar jagħmel swab test, xorta waħda baqa’ jmur għax-xogħol u l-gym sakemm ħareġ ir-riżultat.
Il-Pulizija fi Spanja qed tinvestiga dan il-każ li seħħ f’Jannar li għadda. Mill-investigazzjonijiet, sa issa, rriżulta li r-raġel injora l-ordinijiet tal-maniġers tiegħu sabiex imur id-dar u minflok beda jdur mal-uffiċju u jgħid lil kulħadd li se jinfettahom bil-coronavirus, dan filwaqt li kellu madwar 104 (fahrenheit) deni.
Meta ħareġ ir-riżultat tal-PCR test huwa rriżulta li kien pożittiv għall-COVID-19. Ir-raġel kien laħaq infetta mill-inqas 22 sena.
Ritratt: BBC