Nirien Matul Illejl F’Residenza F’Birkirkara
Kmieni dalgħodu, għal ħabta ta’ nofsillejl, il-Pulizija kienet infurmata li kien hemm xi nirien f’residenza privata fi Triq il-Papa Piju XII, Birkirkara.
Il-Pulizija u membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili marru immedjatament fuq il-post u assistew minnufih.
Raġel ta’ 55 sena li jgħix Ħal Balzan, kien fir-residenza u ingħata l-ewwel għajnuna minn tim mediku. Huwa ttieħed l-Isptar Mater Dei u ġie ċċertifikat li ndarab serjament.
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr Nadine Lia li ħatret Inkjesta filwaqt li għaddejjin l-investigazzjonijiet mill-Pulizija tad-Distrett.