Il-Kunsill Lokali Tal-Qala Jiddikjara Rebħa Għal-Lokalità

 Il-Kunsill Lokali Tal-Qala Jiddikjara Rebħa Għal-Lokalità

“Rebħa oħra għal-lokalità tagħna!”

Hekk ħabbar il-Kunsill Lokali tal-Qala, wara li l-Kummissjoni tal-Ippjanar irrifjutat applikazzjoni biex jiġi sanzjonat żvilupp f’żona barra mill-iżvilupp.

Fi stqarrija, il-Kunsill Lokali qali li kien oġġezzjona għall-applikazzjoni, li kienet tikkonsisti f’sanzjoni ta’ skavar li kien diġa sar, bini ta’ 29 garaxx taħt l-art u l-bini ta’ maħżen.

Kien spjega li l-iżviluppatur talab biex iħammel bitħa u jibni 29 garaxx taħt l-art għat-trakkijiet u inġenji, filwaqt li applika għall-garaxxijiet fil-livell tat-triq, 6 appartamenti u 3 penthouses.

Il-Kunsill Lokali tal-Qala kien rrappreżentat mis-Sindku Paul Buttigieg, li min-naħa tiegħu emfasizza li dan it-tip ta’ żvilupp kien se jkun ta’ dannu għar-residenzi fil-viċin.

Fi stqarrija maħruġa mill-istess Kunsill intqal ukoll li l-Kummissjoni tal-Ippjanar qalet li ż-żona industrijali proposta hija meqjusa bħala impatt detrimentali fuq ir-residenti għax se jiżdied it-traffiku, ħsejjes, dħaħen u ħinijiet ta’ ħidma mhux tas-soltu.

Żiedet li din l-applikazzjoni hija meqjusa bħala żvilupp ħażin għall-ġirien u mhux konformi mal-policy tal-ippjanar.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com