Bil-Filmat: “Ħadd Mhu Se Jirnexxielu Jdgħajjef Il-Ħidma Tal-PN” – Bernard Grech

 Bil-Filmat: “Ħadd Mhu Se Jirnexxielu Jdgħajjef Il-Ħidma Tal-PN” – Bernard Grech

Il-Kap tal-Opożizzjoni Bernard Grech beda l-intervista tiegħu li saritlu minn George Vital Zammit billi qal li ħadd mhu se jirnexxielu jdgħajjef il-ħidma tal-PN u li “se niġu lura b’saħħitna aktar minn qatt qabel.”

Sellem lill-ommijiet kollha, kif ukoll lil dawk l-ommijiet li huma ommijiet minkejja qatt ma welldu.

Kompla jgħid li f’7 xhur li ilu Kap tal-PN, iltaqa’ ma’ ħafna nies u sema’ l-opinjonijiet tagħhom u li rnexxielu jdaħħal sena ikbar ta’ ħidma fejn dil-ġimgħa stess komplew, twaqqfu iktar clusters li kien waqqaf il-Kap ta’ qablu, Adrian Delia.

Għamel referenza għall-istħarriġ tal-Malta Today u saħaq li jrid iġib aktar bidla fi ħdan il-partit. Hawnhekk qal, li l-poplu mhux kuntent b’dak li ġara din il-ġimgħa fi ħdan il-Partit u jemmen li l-poplu qed jistenna iżjed tibdiliet.

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com