AĠĠORNAT: Jinżammu Taħt Arrest Wara Pussess Ta’ 5kg Kokaina

 AĠĠORNAT: Jinżammu Taħt Arrest Wara Pussess Ta’ 5kg Kokaina

Iż-żewġ tirġiel li tressqu l-Qorti il-bieraħ wara sejba ta’ madwar ħames kilogrammi droga kokaina, jinżammu arresti.

Il-raġel Malti, Walter Baldacchino, residenti il-Belt Valletta, kien akkużat b’pussess ta’ droga f’ċirkostanzi li juru li ma kinitx għall-użu esklussiv tiegħu. Ir-raġel Taljan, Claudio Castanò kien akkużat ukoll b’importazzjoni u traffikar ta’ droga u b’ħasil ta’ flus. 

L-irġiel ċaħdu l-akkużi miġjuba kontrihom.

L-arrest tal-irġiel sar il-Ġimgħa filgħaxija f’San Pawl il-Baħar wara diversi ġimgħat t’osservazzjoni b’suspett ta’ traffikar tad-droga. 

Il-Malti allegatament kellu fil-pussess tiegħu 3 kilogrammi ta’ sustanza suspettata kokaina, filwaqt li t-Taljan allegatament kellu moħbi fil-karozza 2 kilogrammi oħra mill-istess sustanza, flimkien ma’ ammont kbir ta’ flus kontanti. 

Il-pulizija qalet li kieku din id-droga kellha tinbiegħ fl-intir tagħha, il-valur fit-triq kien ilaħħaq il-250,000 ewro.

Il-Qorti, preseduta mill-Maġistrat Ian Farrugia, ċaħdet it-talba għall-ħelsien mill-arrest fil-konfront ta’ Baldacchino, filwaqt li Castanò m’għamilx din it-talba.

Ritratt: One News

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com