101 Sena Mit-Twelid Tal-Papa San Ġwanni Pawlu II
Wieħed jinnota kif il-Papa San Ġwanni Pawlu II kellu rabtiet speċjali ma’ gżiritna. Huwa żar pajjiżna għall-ewwel darba f’Mejju tal-1990. Il-Papa deher li baqa’ impressjonat bi gżiritna u tenna li minkejja ċ-ċokon, pajjiżna għandu importanza kbira. Tkellem ukoll kif f’Malta nkiteb kapitlu importanti tal-istorja tal-Knisja; meta San Pawl niżel f’pajjiżna. Il-Papa ammira ukoll il-karatteristiċi sbieħ tal-Maltin. Folol kbar ta’ Maltin u Għawdxin kienu attendew għall-Konċelebrazzjoni Solenni li saret fuq il-Fosos tal-Floriana. Din l-akkoljenza baqgħet stampata f’moħħ kulħadd.
Il-Papa żar ukoll pajjiżna f’Mejju tal-2001 sabiex jibbeatifika l-ewwel tliet beati Maltin, Dun Ġorġ Preca, illum qaddis, Marija Adeodata Pisani u Nazju Falzon.
Hekk kif għada niċċelebraw 101 sena mit-twelid tal-Papa San Ġwanni Pawlu II, niftakru f’dawn it-tifkiriet sbieħ meta l-Papa żar pajjiżna.
Ritratti: Facebook/ Kolleġġjata Bażilika u Proto-Parroċċa ta’ San Pawl, Rabat – Malta