Aċċident Fiż-Żejtun: Ġuvni Ta’ 17-Il Sena Ma Setax Joħroġ Mill-Vettura

 Aċċident Fiż-Żejtun: Ġuvni Ta’ 17-Il Sena Ma Setax Joħroġ Mill-Vettura

Ilbieraħ filgħaxija, għall-ħabta tat-20.15, il-Pulizija ġiet infurmata li kien seħħ inċident tat-traffiku fi Triq San Girgor, Żejtun.

Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li raġel ta’ 24 sena li jgħix Bormla, kien qiegħed isuq karozza BMW, tilef il-kontroll u kellu impatt ma’ propjeta’ u karozza Toyota li kienet ipparkjata.

Membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili assistew lil ġuvni ta’ 17-il sena li jgħix iż-Żejtun, li kien passiġġier fil-BMW, minħabba li ma setax joħroġ mill-imsemmija vettura.

Tim mediku ta l-ewwel għajnuna u ambulanza ħadet lil passiġġier l-Isptar Mater Dei u ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com