Tilef Il-Kontroll Tal-Mutur U Ħabat F’Ħajt Fil-Mellieħa
Belġjan ta’ 36 sena residenti Wied il-Għajn,tilef il-kontroll tal-mutur li kien qed isuq, tat-tip Benelli u ħabat f’ħajt.
Dan seħħ fi Triq il-Marfa fil-Mellieħa għal xi s-6.30 ta’ dalgħodu.
Huwa ttieħed l-isptar Mater Dei fejn ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.
Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.