Avviż Importanti: Tikkunsmax Dan Il-Prodott!

 Avviż Importanti: Tikkunsmax Dan Il-Prodott!

Avviż li ħareġ mid-Direttorat Għas-Saħħa Ambjentali, fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika, juri kif skont l-Att dwar is-Sigurtà fl-Ikel u r-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru. 178 tal-2002, wara informazzjoni li rċieva dan id-Dipartiment permezz tas-Sistema Rapida tal-Ikel u l-Għalf, l-imsemmi prodott m’għandux jiġi kkunsmat minħabba li nstab li fih livelli għoljin ta’ Benzo(a)pyrene.

Dan il-prodott huwa żejt tal-palm (zomi), tad-ditta Praise, liema prodott huwa flixkun ta’ litru, bil-lott numru: 201010, b’data tad-durabbiltà mmarkata bħala aħjar qabel 31-10-2023.

Wieħed jinnota kif Benzo(a)pyrene hija kimika li tifforma waqt proċessi industrijali (proċessi li jinvolvu l-kombustjoni) u tista’ tinstab fl-ikel mill-ambjent ikkontaminat, kif ukoll minn ċertu proċessi li jistgħu jsiru waqt it-tisjir, bħal xiwi fuq nar mikxuf. Din il-kimika tista tkun karċinoġenika.

Għal aktar informazzjoni, l-pubbliku jista’ jċempel lis-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa fuq numru telefoniku 2133 7333 mit-8:00am sas-2:30pm jew jibgħat email fuq [email protected].

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com