Tlieta L-Isptar Wara Inċident Serju F’Marsaskala

Tliet persuni ddaħħlu l-isptar għall-kura wara li kienu involuti f’ħabta serja fi Triq Sant Antnin f’Wied il-Għajn.
L-inċident seħħ ftit wara t-3:30p.m. bejn karozza tat-tip Audi A1 misjuqa minn raġel ta’ 28 sena minn Wied il-Għajn fejn passiġġiera miegħu kellu mara ta’ 21. Il-karozza l-oħra kienet misjuqa minn raġel ta’ 55 sena minn Ħal-Balzan.
Immedjatament fuq il-post issejjaħ tim mediku mill-isptar Mater Dei kif ukoll waslu membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili.
Il-kundizzjoni tal-vittmi għadha mhux magħrufa.