Il-Kummissjoni Ewropea Tagħti €177 Miljuni F’Fondi Biex Tindirizza L-Impatt Tal-Pandemija
Il-Kummissjoni Ewropea llum tat €177 miljun f’fondi biex tgħin il-Gvernijiet tal-Ewropa jindirizzaw l-impatt tal-pandemija speċjalment fis-settur tax-xogħol. Dawn il-fondi ġew mill-programm SURE fejn Malta hija wieħed mit-12-il pajjiż li se jibbenefikaw minnu.
Il-fond SURE kien imfaħħar mill-President tal-Kummissjoni Ewropea Ursula von der Leyen fejn tenniet li huwa storja ta’ suċċess.