Sigurtà Għar-Residenti Ta’ Triq Għeriexem Fir-Rabat

 Sigurtà Għar-Residenti Ta’ Triq Għeriexem Fir-Rabat

Il-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali, Ian Borg jistqarr kif Infrastruttura Malta ltaqgħet m’uħud mir-residenti ta’ Triq Għeriexem fir-Rabat. Dan għaliex dawn ir-residenti jgħixu fl-iktar parti li fiha risku fejn jidħol ċediment tal-art minħabba li fil-passat din inbniet fuq pedamenti dgħajfa.

Il-Ministru Borg spjega li dalwaqt ser jinbdew sisien ġodda tat-triq quddiem dawn id-djar u għalhekk bħala miżura ta’ sigurezza addizzjonali, qiegħda tiġi offruta l-għajnuna sabiex dawn ir-residenti għal ftit ġimgħat jgħixu f’postijiet oħra.

Minkejja li dawn ix-xogħolijiet qegħdin isiru skont ir-rakkomandazzjonijiet tal-esperti ġeoloġiċi sabiex ma jkunx hemm periklu, xorta waħda ttieħet dan il-pass importanti sabiex tibqa’ tiġi mħarsa s-saħħa ta’ dawn il-familji.

Il-Ministru Borg irringrazzja lir-residenti tal-koperazzjoni tagħhom kif ukoll lill-ħaddiema li qegħdin jaħdmu fuq dan il-proġett.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com