Neil Agius Jaspira Li Jgħum Mit-Tuneżija Sa Sqallija
L-Għawwiem Neil Agius li ftit ilu kien għamel suċċesss fl-għawma tiegħu bejn Malta u Sqallija, issa qed jaspira li jgħum mit-Tuneżija sa Sqallija. Din hija għawma ta’ iktar minn 150 kilometru; liema għawma tikser ukoll ir-rekord dinji.
Dan it-tentattiv huwa mistenni li jsir bejn is-26 ta’ Ġunju u s-7 ta’ Lulju, dejjem skont it-temp.
Agius qed jipprepara ruħu fiżikament anke b’għawma li se jagħmel madwar il-gżira Għawdxija gġal tliet darbiet fi tliet ijiem konsekuttivi.
B’kollox, il-mira hija li jinġabru l-fuq minn miljun biċċa tal-plastik fi sfida li qed tissejjaħ ‘Double the Wave Challenge’.
Ritratt: Facebook: Neil Agius / Kurt Arrigo Photography