Tinġabar Is-Somma Ta’ €225,028 Għall-YMCA

 Tinġabar Is-Somma Ta’ €225,028 Għall-YMCA

Wara li llbieraħ saret maratona ta’ ġbir ta’ fondi ta’ 12-il siegħa għall-YMCA, nġabret is-somma ta’ €225,028. Din il-maratona kienet imxandra fuq l-istazzjonijiet lokali bl-għan li tgħin lil YMCA tkompli għaddejja bil-ħidma siewja tagħha ma’ persuni li m’għandhomx saqaf fuq rashom. 

YMCA tipprovdi residenza li dawn l-individwi u preżentament qiegħda tieħu ħsieb 34 persuna.

Minbarra li nġabru l-fondi, matul il-maratona wieħed seta’ jgħaraf l-importanza li wieħed m’għandux jiġġudika għaliex wara kull persuna hemm storja unika u kulħadd jista’ jgħaddi minn dawn is-sitwazzjonijiet. 

Għalhekk minbarra l-importanza li ngħinu finanzjarjament lil ħaddieħor, ħareġ ukoll l-importanza li bħala soċjetà għandna nkunu konxji ta’ dawn ir-realtajiet u nkunu ta’ spalla għal xulxin.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com