Il-Kummissjoni Venezja Tagħti Raġun Lill-Gvern Malti

 Il-Kummissjoni Venezja Tagħti Raġun Lill-Gvern Malti

Skont l-Opinjoni tal-Kummissjoni Venezja l-abbozzi dwar l-emendi Kostituzzjonali ma jmorrux kontra d-drittijiet fundamentali tal-bniedem. Għaldaqstant il-Gvern Malti jingħata raġun. 

Din l-Opinjoni tikkonferma l-pożizzjoni tal-Gvern Malti li l-emenda kostituzzjonali sabiex l-Awtoritajiet Pubbliċi jingħataw aktar poteri, mingħajr l-ebda preġudizzju lid-dritt ta’ smigħ xieraq, għandha ssir permezz tal-emendi fil-Kostituzzjoni ta’ Malta, partikolarment l-artikolu 39.

Fost il-punti li joħorġu mill-imsemmija Opinjoni, il-Kummissjoni Venezja tgħid li kull minn għandu maġġoranza fil-Parlament għandu jippromwovi d-djalogu u l-kunsens. Hija tirrikonoxxi wkoll li l-poter tal-imblukkar tal-minoranza għandu jkun ‘użat b’attenzjoni u mfassal speċifikament għall-kuntest kostituzzjonali u l-politika nazzjonali’.

Wara li ġiet ippubblikata l-Opinjoni, il-Ministru għall-Ġustizzja, l-Ugwaljanza u l-Governanza, Edward Zammit Lewis stqarr li huwa jinsab sodisfatt bix-xogħol tal-Gvern wara li hu talab għal djalogu mal-Kummissjoni Venezja fuq din il-kwistjoni.

Il-Ministru Zammit Lewis jisħaq fuq l-importanza li tkompli l-ħidma favur sistema tal-ġustizzja aktar effiċjenti u aċċessibbli. Għaldaqstant, wara li ġiet ippubblikata l-Opinjoni tal-Kummissjoni Venezja, il-Gvern ser ikompli jaħdem biex jemenda l-Abbozz li jemenda l-Kostituzzjoni.

Il-Ministru jistieden lill-Oppożizzjoni sabiex tkun responsabbli u tikkopera sabiex jimxi ’l quddiem l-Abbozz li jemenda l-Kostituzzjoni (Abbozz Nru. 166) skont il-parir tal-Kummissjoni Venezja u kif emmen li għandu jsir il-Gvern Malti sa mill-bidu nett.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com