Il-Mużew T’Għawdex Ħa Jsir Realtà Wkoll
F’Ġunju tal-2020, kienet tqiegħdet l-ewwel ġebla ta’ dak li ssemma bħala ‘Il-Mużew ta’ Għawdex’. Sena wara, il-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri, tella’ ritratt tiegħu li juri x-xogħol miexi ġmielu.
Dan il-mużew se joffri passaġġ lura fl-istorja tal-gżira tat-tliet għoljiet fil-qalba tal-ġrajjiet u l-patrimonju rikk li nsibu fuq din l-art.
Il-kollezzjoni li se tkun esebita fih, se tinkludi oġġetti li sal-lum il-pubbliku ma setax igawdi.
Il-proġett tal-Mużew ta’ Għawdex qed isir b’investiment ta’ €9 miljun, kollha fondi nazzjonali.
Ritratt: Facebook/ Clint Camilleri