Il-Kap Tal-Opożizzjoni Bernard Grech Iddikjara Li L-PN Se Jagħti Prijorità Lis-Saħħa Mentali

 Il-Kap Tal-Opożizzjoni Bernard Grech Iddikjara Li L-PN Se Jagħti Prijorità Lis-Saħħa Mentali

“L-isptar Monte Carmeli, kif inhu ma jistax jopera u jrid jingħalaq u jinfetaħ sptar ġdid bi struttura li min jidħol għall-kura jkollu l-aħjar esperjenza għaliex id-dinjità ta’ kulħadd hija għal qalbna” – hekk tenna l-Kap tal-PN Bernard Grech meta kien mistoqsi dwar is-saħħa mentali matul l-intervista ta’ dalgħodu.

Grech iddikjara li l-PN se jkun qed ikompli jagħti prijorità lis-saħħa mentali u saħaq li jemmen li “tajjeb li naħdmu biex ikollna ekonomija li timxu ‘l quddiem imma rridu verament nieħdu ħsieb is-saħħa mentali ta’ kull Malti u Għawdxi.”

Il-Kap tal-PN stqarr li jidher ċar li din hi tema li qed taffetwa ħafna nies, mhux biss il-persuni li kollom kundizzjoni jew li jgħaddu minn perjodu diffiċli, iżda ħafna iktar nies li fuqhom ħalliet effett il-Pandmeija tal-COVID-19.

Hawhekk, Bernard Grech semma’ liż-żgħażagħ u lill-anzjani fejn stqarr li filwaqt li n-numri juru li qed joħorġu mill-Pandemija, għad għandek żgħażagħ li l-lezzjonijiet tagħhom qed isiru onlajn u għad għandek numru ta’ anzjani li għadhom mhx joħorġu mid-djar tagħhom. “Qed jintlaqtu ħafna nies u mhux nagħmlu biżżejjed.”, kompla jgħid Bernard Grech.

Waqt li kien qed jispjega l-viżjoni tiegħu għas-saħħa mentali f’pajjiżna, Bernard Grech saħaq li ‘saħħa mentali’ mhux il-kura biss, u kif din titjieb, imma kif inħarsu lejn is-saħħa mentali bħala nazzjon. Hu saħaq li jrid ikollna edukazzjoni tajba f’dan is-suġġett, fejn is-saħħa mentali tkun xi ħaġa li t-tfal u żgħażagħ jitgħallmu dwarha fl-iskejjel.

Dan jgħinhom meta jiltaqgħu ma’ problemi li wieħed jista’ jiffaċja tul ħajtu, temm Dr. Bernard Grech.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com