Armi U Splussiv Jinstabu F’Qiegħ Il-Baħar F’Miġraħ Il-Ferħa
Il-Pulizija qed tinvestiga s-sejba ta’ armi u splussiv f’qiegħ il-baħar fiż-żona magħrufa bħala Miġra Ferħa fir-Rabat.
Dan ħabbruħ il-Pulizija hekk kif qalu li t-tfitxijiet bdew ilbieraħ wara nofsinhar fiż-żona magħrufa bħala Miġra Ferħa, fir-Rabat, flimkien ma’ membri tal-Forzi Armati ta’ Malta.
Il-Pulizija kienet infurmata li ntlemħu xi armi f’qiegħ il-baħar il-Ħadd wara nofsinhar, bit-tfittxijiet bdew fit-3.15pm tal-Ħadd u ntemmu fis-7.00pm u komplew dalgħodu.
Il-Maġistrat tal-Għassa Monica Vella ġiet infurmata bis-sejba u ħatret inkjesta.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.